It-tfajla ta’ 17-il sena li dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku kienet Malta fuq btala. Ħuha, li kien qed isuq il-karozza, kien ukoll Malta fuq btala.
Mill-informazzjoni li kiseb NET news jirriżulta li l-vittma ġiet biex tara l-missiera, ħuha, is-sewwieq tal-vettura involuta fl-inċident, kien Malta biex Tara ma tkunx waħidha.
Illum mistennija jaslu ħuthom l-oħra li kien pjanat li jiġu aktar tard din il-ġimgħa biex jagħtu sorpriża lil missierhom wara li l-aħħar li kienu Malta l-familja kollha kien sentejn ilu.
Aktar Qabel: It-tfajla, Tara Licari, sfortunatament tilfet ħajjitha fl-inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu fil-Kappara. Ħuha, li kien qed isuq il-karozza meta seħħ l-inċident, jinsab ukoll Malta fuq btala. Hu għandu 23 sena.
Aqra iktar: Tfajla ta’ 17-il sena tmut f’inċident tat-traffiku fil-Kappara
L-inċident seħħ kmieni filgħodu meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u kellu impatt ma’ ħajt u ma’ vettura oħra. Oriġinarjament, l-aħwa Licari huma minn Malta iżda kienu qed jgħixu barra. Fl-aħħar jiem huma kienu Malta fuq btala.
Mal-aħwa Licari kien hemm Daniż ta’ 18-il sena li sofra ġrieħi ta’ natura gravi. Is-sewwieq, ħu il-vittma, ma sofra l-ebda ġrieħi.
Ritratti ta’ swied il-qalb li juru l-vittma: Tara Licari ta’ 17-il sena li tilfet ħajjitha dalgħodu f’inċident tat-traffiku
//= $special ?>