Lokali Sport Sport Ieħor

RITRATTI: L-aħħar impenn tal-koppja Rjali jkun fil-korsa tal-Marsa

Qabel it-tluq tagħhom minn Malta l-aħħar impenn tar-Reġina Eliżabetta II u d-Duka ta’ Edinburgh il-Prinċep Philip f’Malta kien fil-korsa tal-Marsa.

Hemm ir-Reġina intlaqgħet mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u mill-uffiċjali u t-tmexxija tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa.

F’din l-okkażjoni r-Reġina ppreżentat dekorazzjonijiet lill-players tal-polo li lagħbu logħba quddiem il-koppja Rjali waqt li r-Reġina ppreżentat ukoll trofej lir-rebbieħa ta’ tiġrijiet taż-żwiemel li saru fil-Marsa.