Lokali

Ritratti: L-ewwel maltempata twassal għal għarar madwar Malta u Għawdex

L-ewwel maltempata vera li laqtet lil pajjiżna wara żmien twil wasslet biex diversi toroq madwar Malta u Għawdex spiċċaw mgħarrqa, bi problemi għas-sewwieqa li nzertaw għaddejjin minn dawn l-inħawi.

Fost dawn fin-Nadur, fejn numru ta’ toroq fil-qalba tar-raħal spiċċaw xena inkredibbli ta’ ilma għaddej b’qawwa u mgħarrqin għal kollox. F’post fuq Facebook, is-Sindku Edward Said appella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni hekk kif dan iġib spejjeż kbar li l-kunsill waħdu qatt ma jista’ jerfa’.

Madankollu hu wieħed li l-Kunsill Lokali se jagħmel dak kollu possibbli biex itaffi l-problemi u jagħmel it-tiswijiet meħtieġa, li jistgħu jiġu evitati li kieku l-Gvern jieħu azzjoni dwar din il-problema.

14449772_10154574051584810_475691885968323990_n