Għawdex Lokali

Ritratti: L-“Università Amerikana” fin-Nadur

Wara xhur ta’ kontroversja, jidher li l-“Università Amerikana” waslet pajjiżna. Madankollu, s’issa għadha waslet san-Nadur, hekk kif kienet is-suġġett ta’ karru kbir li ddomina l-Karnival spontanju ta’ tmiem il-ġimgħa fil-gżira Għawdxija.

Xogħol il-grupp magħruf bħala “Low Life Brothers”, li ta’ kull sena jħejju karru spontanju relatat mal-ġrajjiet kurrenti, il-karru wera l-“Università” mibnija fuq il-blat li jirrappreżenta ż-żona taż-Żonqor u bit-tema ta’ “Studenti gradwati fiż-Żonqor żmattati”.

Karnival Nadur AUM Universita Amerikana 2 060216

Karnival Nadur AUM Universita Amerikana 4 060216

Karnival Nadur AUM Universita Amerikana 3 060216