Internazzjonali

Il-vittmi tat-terremot fl-Italja jaqbżu l-120 persuna

epa05508576 A view of collapsed and damaged houses after the earthquake in Accumoli, central Italy, 24 August 2016, following a 6.2 magnitude earthquake, according to the United States Geological Survey (USGS), that struck at around 3:30 am local time (1:30 am GMT). The quake was felt across a broad section of central Italy, in Umbria, Lazio and Marche Regions, including the capital Rome where people in homes in the historic center felt a long swaying followed by aftershocks. According to reports at least 37 people died in the quake. EPA/ANGELO CARCONI

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi ħabbar li l-vittmi tat-terremot issa kienu qabżu l-120 persuna. It-terremot seħħ fis-siegħat bikrin tal-Erbgħa u kellu l-qawwa ta’ 6.2 fuq l-Iskala Richter, bl-epiċentru madwar 76 kilometru fix-Xlokk mill-belt ta’ Perugia, f’Norcia f’fond ta’ madwar għaxar kilometri. It-theżżiż tat-terremot inħass fit-Tramuntana tal-Italja f’Bologna u Rimini kif ukoll fin-Nofsinhar, f’Napli u anki f’Ruma.
Rapporti miz-zona qalu li l-art damet titriegħed għal madwar 20 sekonda u wara kien hemm 80 theżżiża iżgħar. L-esperti mhumiex jeskludu li jista’ jkun hemm theżżiża oħra tal-istess intensita tat-terremot.