Lokali

Ritratti: Is-sbuħija ta’ nżul ix-xemx mill-Irdum ta’ Ħad-Dingli … qalb iż-żibel!

Jek trid serata romantika, mat-tfajla jew il-mara tiegħek, ħafna jissuġġerulek inżul ix-xemx mill-Irdum ta’ Ħad-Dingli, imdawwar min-natura waqt li titpaxxa minn veduti mill-isbaħ.

Iżda dan ix-xenarju perfett ilu ġimgħat imtappan b’żibel mifrux ma’ kullimkien. Minn fliexken tal-plastik żgħar sa kull xorta ta’ żibel ieħor, inkluż saqqijiet, biċċiet tal-għamara u skart tal-kostruzzjoni.

L-ewwel ritratti waslulna ġimgħat ilu, u minn dakinhar l-istess persuna għaddielna ritratt kull ftit jiem, mill-istess żona u fl-istess ħin – inżul ix-xemx.

L-Irdum ta’ Ħad-Dingli hu fost l-iktar attrazzjonijiet popolari mat-turisti fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli, b’eluf iżuru dan il-post matul is-sajf, u b’xeni ta’ coaches mimlija turisti jaslu għal inżul ix-xemx ta’ kuljum.

Minkejja dan, kull ritratt li bdejna nirċievu kull ftit jiem juru li minflok il-problema ġiet indirizzata, iż-żibel kompla jiżdied u ħadd mill-awtoritajiet ma jidher li ħa azzjoni. L-istess żibel baqa’ fejn kien … u miegħu żdied iżjed.

Imma din l-impressjoni li rridu ntuhom lit-turisti?

20160824_192353 20160824_192344 20160824_192740 20160824_192725 20160824_192605 20160824_192517 20160824_192445 20160824_192422 20160824_192407