Lokali

Ritratti: Sidien taż-żwiemel jilmentaw wara li l-paddock saret għadira

Sidien taż-żwiemel tat-tiġrija li matul il-ġimgħa jħarrġu liż-żwiemel tagħhom fil-korsa l-antika tal-Marsa lmentaw wara li l-ħalbiet tax-xita tal-aħħar jiem bidlu l-paddock f’xena ta’ għadira.

F’kummenti fuq Facebook, huma talbu lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni kif kienu wegħduhom u qalu li qed jiġu njurati u ma jistgħux jipprattikaw id-delizzju tagħhom kif ukoll jagħtu t-taħriġ tant bżonnjuż għal saħħet l-annimali tagħhom.

Anke matul l-istaġun tat-tlielaq, spiss kienu l-episodji fejn it-tiġrijiet kellhom jitħassru wara xi ħalba xita.

14520424_1057365741046047_6435400381802574911_n 14520514_1057365711046050_1715575337325740942_n