Lokali

RITRATTI: SOS Malta b’aktar ħidma f’Amatrice

It-team  SOS Malta K9 Search and Rescue dalgħodu jinstab fi triqtu lura lejn il-belt ta’ Amatrice fl-Italja sabiex jiltaqa’ mal-kap tal-operazzjonijiet. Din il-laqgħa ser issir fuq talba ta’ Antonio Tassi lil John Gera sabiex tiġi diskussa aktar ħidma mit-team Malti f’Amatrice.

Ħidma li kompliet matul il-jum tal-bieraħ bl-għaqda SOS Malta tirrangrazzja b’mod partikolari lil Vanessa Frazier għall-appoġġ kontinwu tagħha.

Fi stqarrija SOS Malta qalet li l-ħidma tagħha ma’ kienetx ser tkun waħda ta’ tiftix biss iżda anke ta’ għajnuna fit-twassil ta’ għajnuna umanitarja. “Ejja nagħmlu sforz nazzjonali u ngħinu lill-Italja fil-bini mill-ġdid” kompliet tgħid l-istqarrija li temmet billi ħeġġet lil pubbliku juri appoġġ għall-appell ta’ SOS Malta permezz ta’ donazzjoni fuq online fuq http://www.sosmalta.org/donate_now