Lokali

Ritratti: SOS Malta u l-ġurnalisti Maltin fiż-żoni milquta mit-terremot

Dalgħodu bdiet tasal fl-Italja l-għajnuna minn Malta, hekk kif qed tkompli tiżdied il-biża’ ta’ nuqqas ta’ ċerti riżorsi bażiċi wara t-terremot tal-bieraħ filgħodu u t-theżżiż tas-sigħat li għaddew.

Mad-delegazzjoni ta’ SOS Malta, waslu wkoll numru ta’ ġurnalisti minn kmamar differenti tal-aħbarijiet. Fosthom, hemm ukoll il-crew ta’ NETnews Robert Cremona u Roberto Runza, li qed jibgħatulna dawn ir-ritratti miż-żoni milquta.

3.50pm | Aġġornament mingħand Robert Cremona: Is-sitwazzjoni fiż-żoni milquta qed tkompli tikkumplika ruħha. Dan hekk kif f’Amatrice, spiċċat krollat il-binja li kienet tilqa’ fiha l-Isptar tal-belt. Madankollu, dan mhux mistenni jwassal għal żieda fl-għadd tal-vittmi, hekk kif l-Isptar ma kienx qed jintuża’ minħabba l-ħsarat strutturali li rriżultaw mit-terremot.

4.05pm | Aġġornament mingħand Robert Cremona: Il-ġurnalisti Maltin stajna nsegwu il-proċess ta’ ħidma ta’ salvataġġ li għaddej f’dawn is-sigħat f’din iż-żona. F’wieħed minn dawn il-proċessi, rajna mara tinħareġ minn qalb it-tifrik. Madankollu, sfortunatament, din kienet bla ħajja.

Terremot Italja Fl-Up 1 250816

Terremot Italja Fl-Up 2 250816

Terremot Italja Fl-Up 3 250816

terremot italja 2

terremot italja1