Lokali

Ritratti: Żagħżugħa ta’ 21 sena u raġel ta’ 67 sena l-Isptar wara inċident ikrah fl-Imqabba

Raġel ta’ 67 jsoffri minn ġrieħi gravi pero ma jinsabx fil-periklu tal-mewt , waqt li tfajla ta’ 21 sena sofriet xi ġrieħi imma ma tinsabx fil-periklu tal-mewt wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba.

L-impatt bejn iż-żewġ vetturi kien tant kbir li dawn ġarrbu ħsarat konsiderevoli. L-inċident wassal ukoll biex it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin mit-traffiku.

Fil-fatt, fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex setgħu joħorġu liż-żewġ persuni mill-karozzi rispettivi.

Issejħu wkoll żewġ Ambulanzi biex iż-żewġ persuni setgħu jittieħdu l-Isptar għall-kura.

(Ritratti: Chris Schembri Baldacchino / Darren Carabott)
habta incident imqabba

Incident Mqabba 2 280716

Incident Mqabba 3 280716