Sport

Riżultati pożittivi għall-Maltin fl-Italja

Qaddiefa Maltin li dan l-aħħar kienu qed jieħdu sehem fir-Regatta Internazzjonali ‘Coppa Europa e Europa in Voga a Reno di Leggiuno’ fl-Italja kibsu riżultati mill-aktar pożittivi. Il-crews Maltin ġew l-ewwel fit-tiġrijet kollha tal-‘gozzo’ (tal-U18 u tal-kbar).

Huma spiċċaw ukoll it-tielet fil-European Cup tal-Jole, tiġrija li kienet kombattuta hafna.

Il-kontinġent Malti kien kompost minn: Antoine Brignone, Cleavon Falzon, Clifton Camilleri, Clyde debattista, Damien Attard
Dennis Thornton, Dirk Attard, Dylan Portelli, Elton Azzopardi, Emerson Farrugia, Ericsen Lia, Eros Pavia, Francesco Paris, Glenn Brincat, Graham Attard, Jan Tanti, Juan Farrugia, Kieran Zammit, Marlon Vella, Maximilian Mamo, Melchior Farrugia , Nico Muscat, Tony Cachia u Wayne Xuereb

Din kienet l-ewwel darba li kontinġent kbir ta’ qaddiefa Maltin ħa sehem f’Regatta barra minn xtutna.