Internazzjonali

Rondi tan-NATO kontra l-immigrazzjoni barra l-kosta Torka

b040626ah 26th June 2004 Naval Demonstration Compliant Boarding in Istanbul Harbour.

In-NATO hi lesta tibda tagħmel rondi ta’ għassa fil-Baħar Eġew kontra l-immigrazzjoni illegali bejn it-Turkija u l-Greċja.
Dan tħabbar minn Ashton Carter, is-Segretarjut tad-Difiża Amerikan, wara talba kemm mit-Turkija u l-Greċja kif ukoll il-Ġermanja, kollha pajjiżi membri tan-NATO. Dan waqt laqgħa li saret ilbieraħ tal-Ministri tad-Difiża tal-pajjiżi tan-NATO fi Brussell.
Carter qal li issa qed jitfasslu pjani ta’ kif tista’ tiġi implimentata din it-talba. Hu qal li azzjoni simili min-NATO kontra l-gruppi kriminali li qed jorganizzaw dawn il-vjaġġi u japprofittaw minn dawn in-nies kien se jkollu impatt kbir.
Kważi 75,000 immigranti diġà waslu fil-Greċja din is-sena skont l-UNHCR, l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigata mir-refuġjati.
Il-pajjiżi membri tan-NATO diġà għandhom bastimenti tal-gwerra fil-Lvant tal-Mediterran bħala parti mill-isforz li jsaħħu d-difiżi Torok kontra missili li jistgħu jiġu sparati mis-Sirja u mid-dħul ta’ ajruplani Russi attivi fis-Sirja.