Formula 1 Sport

Rosberg ikompli jibbrilla anke f’Abu Dhabi

Nico Rosberg kompla jissupera lill-kollega tiegħu mal-Mercedes Lewis Hamilton u kellu l-aħjar ħin waqt it-tieni sessji ta’ provi liberi għall-GP ta’ Abu Dhabi li se jkun l-aħħar tiġrija tal-istaġun.

Hamilton kien aktar velioċi fl-ewwel sessjoni imma Rosberg issupera liċ-Champion tad-Dinja b’.0138 sek fit-tieni sessjoni.

Iż-żewġ karozzi tal-Mercedes kienu superjrui għall-kumplament li kienu mmexxija mill-Force India ta’ Sergio Perez b’aktar minn nofs sekonda wara.

Daniel Ricciardo tar-Red Bull kiseb ir-raba’ l-aħjar ħin quddiem Sebastien Vettel tal-Ferrari.

Imma waqt li l-Mercedes jidhru fi klassi għalihom fuq dawra waħda, kien hemm indikazzjonijiet li l-Ferrari jistgħu jkunu ta’ theddida matul tiġrija sħiħa.

Fejn jidħlu tyres soft, il-Ferrari jidhru ferm aktar kompetittivi milli huma l-Mercedes.

Kimi Raikkonen deher ferm kompetittiv meta saq bis-super soft u kellu medja daqs ta’ Rosberg minkejja li saq id-doppju tad-distanza.

Issa għalkemm l-istaġun wasal biex jispiċċa l-attenzjoni se ddur kollha barra t-track u fuq is-sitwazzjoni komplikata tar-Renault, il-kumpannija li tipprovdi l-makni lir-Red Bull u l-klawsola li tixtri l-Lotus.

Qed jingħad li kien iffirmat kuntratt bejn Red Bull u Renault biex ikomplu fl-2016 imma dan ma kienx pubblikat.
Intant ir-Renault jinsabu f’tilwima mal-kap tal-F1 Bernie Ecclestone dwar pagamenti li jridu jitħallsu ta’ meta kellhom it-tim tagħhom u għad trid tiffinalizza x-xiri tal-Lotus li heddew li jmorru f’amministrazzjoni jekk dan ma jkunx sar sas-7 ta’ Diċembru.