Internazzjonali

Rousseff titneħħa minn President

Il-President tal-Brażil Dilma Rousseff tneħħiet mill-kariga tagħha wara vot fis-senat.

61 membru ivvotaw favur it-tneħħija tagħha – maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa bil-Kostituzzjoni – filwaqt li 20 ivvutaw kontra.

Dilma Rousseff, mill-Partit tal-Ħaddiema, kienet ilha fil-kariga għal 13-il sena. Hi kienet sospiża f’Mejju li għadda wara li l-istess senat ivvota biex jibdew proċeduri ta’ impeachment kontriha minħabba akkużi ta’ tbagħbis fil-budget biex tgħatti nuqqasijiet finanzjarji.

Fil-fatt, diversi programmi soċjali kienu popolari mal-elettorat iżda ma kienux sostenibbli fuq livell finanzjarju. Rousseff kienet akkużata li bagħbset il-figuri sabiex tirbaħ mandat elettorali ieħor f’Ottubru tal-2014.

L-Aġent President Michel Temer, mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra fis-sigħat li ġejjin. Hu se jservi l-bqija tal-mandat ta’ Dilma Rousseff li jiġi fi tmiemu fl-1 ta’ Jannar 2019.