Lokali Qorti

Sakkret mara ma’ żewġ klieb

Mara li tinsab akkużata li sakkret mara oħra b’diżabbiltà intellettwali għal siegħat kienet avżat lill-pulizija biex ma jidħlux fid-dar minħabab riħa qawwija ferm fuq ġewwa.

Il-kuntistabbli Sherona Buhagiar xehedet ffil-każ kontra Anna Maria Jimenez, Maltija ta’ 33 sena li qed twieġeb mhux ħatja li sakkret lill-vittma ta’ 39 sena, hedditha, hebbet għaliha u kkaġunatilha feriti ħfief.

Il-pulizija Sherona Buhagiar xhedet li kienet marret mal-akkużata fid-dar tagġha f’Birżebbuġa beix iġġib xi ġwejjeġ wara li l-qorti kienet irrifjutatilha l-liberiuta proviżorja. L-akkużata kienet marret iġġib xi affarijiet mill-kamra ats-sodda u mill-kamra fejn fil-ftat kien hem il-vittma, li kienet ilha msakkra ġewwa għal 17-il siegħa. Il-vittma kienet imsakkra ma żewġ klieb u barmil beix taqdi l-ġti;ijiet naturali tagħha. L-akkużata, li taħdem bħala cleaner fl-Isptar Mater Dei, kienet tagħti xi partijiet tal-Playmobil biex toqgħod twaħħalhom flimkien biex hi ddaħħal il-flus tagħhom.

Il-pulizija qalet li hi kienet dieħla magħha iżda r-riħa tal-ħmieġ tal-klieb kienet tant qawwija li ma setgħetx tistaportiha. Fil-fatt meta kienet se tiftaħ il-bieb, l-akkużata qaltilha beix ma tidħolx warajha minħabba r-riħa.
Il-każ kien żvelat wara li l-mara li kienet tgħix ma’ Jimenez fl-appartament avviċinat lill-Appoġġ u qaltilhom bis-sitwazjzoni li kienet rat f’appartament f’Birżebbuġa li fih hi kienet tgħix għal ħames xhur ma Jimenez.