“Inwiegħdek li kull ġurnata li tgħaddi nagħmlek kburi,” kliem it-tifla ta’ Martin Cachia, Faye, li dalgħodu tilef ħajtu wara splużjoni li qerdet għal kollox il-karozza li kien qed isuq.
It-traġedja setgħet tkun ikbar hekk kif fi kliem bintu stess, hi kellha tkun miegħu, bilqiegħda maġenbu. Madankollu lbieraħ missierha nfurmahha li dalgħodu ma kienx se jlaħħaq jgħaddi għaliha.
Bint Martin, li għandha 19-il sena, fissret lil missierħa bħala eroj, salvatur u missier li għal dejjem se tibqa’ tibki matul ħajjitha.
“Se nimmissjak kull ġurnata li tgħaddi, inħobbok missier. Se tibqa’ għal dejjem l-eroj tiegħu, temmet tgħid bintu fuq Facebook.
//= $special ?>


