Lokali

Salvati żewġ fkieren żgħar f’Birżebbugia u l-Qawra

Żewġ fkieren kienu salvati minn Birżebbuga u l-Qawra. Fi stqarrija Nature Trust Malta qalet li jirriżulta li xi nies li pprovaw jgħinu lil waħda mill-fkieren ġibdulha s-sunnara li belgħet bil-konsegwenza li l-intern u organi oħra tal-fekruna tqattgħu.

Dan ġab uġigħ kbir lill-fekruna li issa tinsab fil-periklu tal-mewt minħabba l-feriti interni u d-demm li qed titlef. Il-fekruna l-oħra instabet maqbuda fi xbieki tas-sajjieda bin-nies jipprovaw islavawha billi jaqtgħu x-xbieki tan-nylon.

Il-fekruna kienet salvata jumejn wara u kellha ksur fl-għadam biex issa qed tingħata attenzoni u kura medika iżda tinsab fi stat ħażin.

L-għaqda ambjentali appellat lil dawk kollha li jsibu fkieren feruti biex jikkuntattjaw lil Wildlife Rescue u jipprovaw iżommu lill-fkieren kalmi sakemm jaslu l-uffuċjali. Il-fkieren kollha li jinqabdu jingħataw trattament mediku immedjat.

Ritratti : Nature Trust

Ingested line 1