Sport Waterpolo

San Ġiljan jibqgħu punt taħt Neptunes

San Ġiljan Salini Resort wieġbu għar-rebħa ta’ Neptunes meta tħabtu ftit aktar milli mistenni biex għelbu l-isfida ta’ Exiles Jetfreight 13-7. Il-Ġiljaniżi sabuha diffiċli biex jieħdu r-riedni tal-partita sa nofs it-tielet sessjoni, b’Exiles joffru sfida denja speċjalment fl-ewwel parti tal-logħba. Saħansitra kienu minn fuq darbtejn fl-ewwel sessjoni.

Iżda wara li San Ġiljan spiċċaw l-ewwel sessjoni minn fuq u doppjetta ta’ Matthew Zammit fetħet vantaġġ ta’ tliet gowls. Exiles reġgħu rkupraw u temmew is-sessjoni b’distakk ta’ żewġ gowls. Kurt Griscti naqqas id-distakk għal gowl fil-bidu tat-tielet sessjoni, iżda gowl minn Plumpton u żewġ penalties ta’ Boris Vapenski fetħu vantaġġ ta’ 4 gowls li minnhom iċ-Champions setgħu jamministraw l-aħħar sessjoni mingħajr problemi.