Lokali

San Valentinu mill-ġdid fit-toroq Maltin

Matul il-jiem li ġejjin, jekk teħel fuq it-traffic lights fit-toroq Maltin, għallinqas hemm ċans li tiftakar fl-imħabba ta’ ħajtek.

Dan hekk kif il-bozza l-ħamra mit-tliet kuluri ta’ numru ta’ traffic lights madwar Malta u Għawdex qed tixgħel fil-forma ta’ qalb.

Din l-inizjattiva diġa’ ttieħdet fis-snin li għaddew bħala tifkira ta’ Jum San Valentinu, li din is-sena jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd li ġej.