Internazzjonali

Se jinħeles John Hinckley…dak li pprova joqtol lil Reagan

Imħallef iddeċieda li John Hinckley, li 35 sena ilu kien ipprova joqtol il-President Amerikan Ronald Reagan, seta’ jinħeles mill-isptar psikjatriku fejn qed jinżamm.
Fid-deċiżjoni tiegħu ntqal li Hinckley ma kienx aktar ta’ tħeddida għas-soċjetà u għalhekk seta’ jmur jgħix ma’ ommu f’Williamsburg imma b’ċertu restrizzjonijiet.
Fit-30 ta’ Marzu tal-1981, Hinckley, li illum għandu 61 sena, kien fetaħ in-nar fuq Reagan quddiem il-Washington Hilton u darab tliet persuni oħra.
Hinckley kien sostna li kien fetaħ in-nar għaliex ried jimpressjona l-attriċi Amerikana Jodie Foster.
Reagan miet fl-2004 fl-età ta’ 90 sena wara snin marid bl-Alzheimer’s, imma t-tfal tiegħu kienu kontra l-ħelsien ta’ Hinckley.