Ekonomija Lokali

Se nkomplu naħdmu biex naraw pagi aħjar f’pajjiżna

Is-settur tal-manifattura hu importanti u għandu jibqa’ importanti anke għax f’pajjiżna mijiet ta’ familji jaqilgħu l-għixien tagħhom minn dan is-settur. Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara fl-Actavis, bħala parti minn sensiela ta’ attivitajiet marbuta ma’ Jum il-Ħaddiem.

Mal-kumpanija Actavis jaħdmu kwazi 800 ħaddiem f’żewġ impjanti, f’Bulebel u f’Ħal Far, fejn mill-2003 sal-lum sar investiment ta’ aktar minn 120 miljun ewro biex il-kumpanija setgħet timxi maż-żminijiet u l-avvanzi fit-teknoloġija.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalita kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Manifattura Robert Arrigo, il-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali George Muscat, kif ukoll Denis Vella f’isem is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista.