Lokali

Seabank meqjusa uffiċjalment għall-iżvilupp tal-ITS f’San Ġiljan

Il-konsorzju magħmul mill-kumpaniji SD Holdings Ltd, Seabank Hotel and Catering Ltd u Seaport Franchising Ltd ġie uffiċjalment rikonoxxut bħala l-konsorzju preferut wara s-sejħa għall-offerti għall-iżvilupp tas-sit li bħalissa qed jintuża mill-Istitut ta’ Studji Turistiċi fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Projects Malta Ltd, f’isem il-Gvern, qalet li s-sottomissjoni mitfugħa minn dan il-konsorzju laqgħet ir-rekwiżiti tal-Gvern għat-trasferiment tas-sit. Dan kien l-uniku konsorzju li tefa’ l-offerta tiegħu wara s-sejħa pubblika.

Il-Gvern issa mistenni jibni kampus ġdid għall-ITS fi Smart City.

Il-proġett f’San Ġiljan irid jiġi ddisinjat, mibni u mħaddem bħala żvilupp importanti li jiffoka fuq it-turiżmu u d-divertiment. Mistenni jinkludi lukanda ta’ ħames stilel, u jista’ jkollu wkoll partijiet residenzjali, ħwienet u ristoranti.