Ambjent Lokali

Segwi LIVE: It-twelid tal-frieħ ta’ tigra fil-Wildlife Park tal-Imtaħleb

Fis-sigħat li ġejjin fil-Wildlife Park tal-Imtaħleb mistennija jitwieldu l-frieħ ta’ tigra li tinsab f’dan il-park  liċenzjat mill-awtoritajiet lokali.

Għal dan l-għan, is-sid tal-park Chris Borg għamel trażmissjoni diretta bl-għan li dawk kollha nteressati jkunu jistgħu jaraw it-twelid b’mod dirett.

Tigri ta’ din l-ispeċi jdumu mat-tmien sigħat biex iwelldu, u għalhekk qed tikber l-istennija minn numru ta’ entużjasti lokali biex isegwu dan l-avveniment onlajn.

Is-sid spjega lil dan l-istazzjon li b’dan il-mod wieħed jista’ jgawdi lit-tigra twelled mingħajr ma tiġi mfixkla mill-preżenza ta’ numru ta’ persuni.

Wieħed jista’ jsegwi dan l-avveniment hawn.