Lokali

Sejba ta’ droga f’Birżebbuġa

Taljan ta’ 42 sena residenti Birżebbuġa ġie arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ sejba ta’ droga.

Skont stqarrija tal-Pulizija, l-arrest tar-raġel sar wara ġimgħat ta’ osservazzjoni mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga.

It-Taljan ġie arrestat ilbieraħ wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu aktar minn 2kg raża tal-kannabis għal skop ta’ traffikar.

Hu mistenni jistressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin, quddiem il-Maġistrat tal-għassa Marsanne Farrugia.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.