Lokali

Sejba ta’ madwar 500 gramma u 30 pjanta tal-Kannabis

Raġel ta’ 37 sena mis-Siġġiewi ġie arrestat wara li fil-pusses tiegħu instabu madwar 30 pjanta tal-Kannabis, u madwar 500 gramma ta’ sustanza ssuspettata ħaxixa tal-Kannabis flimkien ma’ affarijiet oħra relatati mat-traffikar tad-droga. Din is-sejba saret wara diversi osservazzjonijiet mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga.

Ir-raġel ta’ 37 sena għandu jitressaq il-Qorti taħt arrest b’ akkużi tal-ikkultivar tal-pjanta tal-Kannabis, it-traffikar ta’ iktar minn kilo u nofs tal-istess sustanza kif ukoll b’pusses kbir tal-pjanta tal-Kannabis. Dawn l- akkużi għandhom jinstemaw fil-qorti aktar tard illum.