Saħħa

Sejħa b’urġenza għad-demm

Il-bank tad-demm ħabbar li hemm bżonn b’urġenza d-demm, wara li r-riserva niżlet għal-livell kritiku. L-aktar demm li hemm bżonn huwa dak ta’ O-.

Il-bank tad-demm saħaq li kull min hu f’saħħtu, għandu jersaq u jagħti d-demm illum stess, għaliex il-bżonn tad-demm huwa urġenti.

Il-bank tad-demm fakkar li l-ħinijiet tiegħu huma kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8am sas-6pm u li huwa importanti li kull min ser jersaq biex jagħti d-demm jixrob ammont sostajzjali ta’ ilma qabel, kif ukoll jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u kif ukoll possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.