Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal Marokkin li għamel dikjarazzjoni falza biex jikseb Permess ta’ Residenza

Sealiti Brahimi, Marokkin ta’ 51 sena residenti l-Kappara, kien ikkundannat sena u nofs ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li għamel dikjarazzjoni falza biex jikseb Permess ta’ Residenza f’Malta. Hu deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.

Mill-provi fil-Qorti rrizulta li r-raġel ħallas madwar 2,000 ewro lil ragel Libjan, li tah id-dokumenti foloz. Il-każ tqajjem minn Identity Malta wara li kien innutat li l-kuntratti tal-kera u tal-istudju li ippreżenta l-Marokkin kienu foloz.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frankie Sammut, filwaqt li Brahimi kien assistit mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Noel Cutajar.