Lokali

Serqa minn ħanut tal-ġojjellerija fil-Belt; il-Pulizija żżomm persuna

Il-Pulizija qed jinvestigaw serqa minn ġojjellerija fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta u qed iżommu persuna b’rabta ma’ dan il-każ.

Is-serqa seħħet ilbieraħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu. Malli l-Pulizija marru fuq il-post, sid il-ħanut spjegalhom li kien daħal raġel fil-ħanut u li dan kien seraq xi ġojjellerija ta’ valur sostanzjali.

Minnufih bdiet investigazzjoni mill-Pulizija li wasslet biex il-Pulizija qed iżżomm persuna b’rabta ma’ dan il-każ u li qed tgħin fl-investigazzjonijiet.

Intant, bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli, li ħatret diversi esperti biex jassistuha f’inkjesta li ġiet appuntata.