Lokali

Sewwieq ta’ mutur antik fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll

Sewwieq ta’ mutur antik tat-tip IMZ-Ural jinstab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll u spiċċa qalb is-siġar fuq is-central strip ta’ Triq Aldo Moro, fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu f’lijwa ta’ din it-triq traffikuża, u jidher li ma kienx hemm vetturi oħra involuti.

Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija u ssejħet ambulanza li ħadet lir-raġel, ta’ 48 sena miż-Żebbuġ, Għawdex, lejn l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Anthony Vella li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun għadhom għaddejjin.