Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri xi ġrieħi wara ħabta f’Ħaż-Żabbar

Inċident fi Triq is-Santwarju Ħaż-Żabbar, ftit il-bogħod mill-monument tal-eks President Agatha Barbara ħalla sewwieq ta’ mutur tat-tip Peugeot midrub wara ħabta ma’ karozza. L-inċident seħħ għal ħabta ta’ l-erbgħa u nofs u ħamsa.

Is-sewwieq tal-mutur huwa raġel ta’ 65 sena residenti Marsaskala filwaqt li l-karozza tat-tip Alfa Romeo kienet misjuqa minn żgħażugħ ta’ 21 sena minn Birżebbuġa.

Il-kundizzjoni medika tas-sewwieq tal-mutur għadha mhijiex magħrufa filwaqt li s-sewwieq ta’ l-Alfa Romeo ma’ sofra ebda ġerħa.