Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri xi ġrieħi wara impatt ma’ karozza

Sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi wara inċident li seħħ għall-ħabta tad-9:30 fi Triq il-Kostituzzjoni, fil-Mosta.

Jirriżulta li għal xi raġuni l-mutur kellu impatt ma’ vettura bil-konsegwenza li spiċċa jitkaxkar għal diversi metri.

Fuq il-post wasal immedjatament tim mediku li permezz ta’ ambulanza ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu mhix magħrufa.