Lokali

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara li skidja fuq żejt mifrux fit-triq

Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-isptar għall-kura wara li skidja fi Triq Ħammieri, kantuniera ma’ Triq il-Wied, f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 meta s-sewwieq tal-mutur ġie f’liwja tat-triq iżda tilef il-kontroll minħabba xi żejt li kien mifrux mal-art.

Fil-post waslu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei wara li l-vittma ġie mgħejun minn xi nies li nzertaw għaddejjin mill-post. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għad mhix magħrufa.

44

Ritratt: Motorcycles Malta