Simon Busuttil iżur il-‘Mental Health Expo’

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil llum żar il-‘Mental Health Expo’ li ttellgħet f’Tigne’ Point fil-Jum Dinji dwar is-Saħħa Mentali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister Claudette Buttigieg u x-Shadow Minister Joe Cassar.

It-tema magħżula mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Jum dwar is-Saħħa Mentali huwa ‘Dinjità għas-Saħħa Mentali’.