Lokali

Simon Busuttil se jattendi l-protesta tas-soċjetà ċivili kontra l-korruzzjoni s-Sibt

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħabbar fuq Twitter li s-Sibt se jkun qed jattendi l-protesta li qed tiġi organizzata mis-soċjetà ċivili kontra l-korruzzjoni.

“Dan hu mument ieħor li jitlob li l-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad u jqum u jitkellem kontra Prim Ministru li ma jridx jisma’”, qal Simon Busuttil.

tweet se jattendi protesta

Dik ta’ nhar is-Sibt se tkun protesta oħra nazzjonali kontra l-korruzzjoni wara li l-ewwel tnejn issejħu mill-Partit Nazzjonalista. Din id-darba, l-protesta qed tissejjaħ mis-soċjetà ċivili u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar li se jattendi bħala ċittadin privat bħal ħaddieħor.

protesta socjeta civili