Siringi mormija f’nofs ta’ triq fis-Swieqi

Ammont ta’ siringi ntremew f’nofs ta’ Triq L-Istasija, fis-Swieqi, kif ukoll fuq il-bankina tal-istess triq.

Il-persuna li tellgħet ir-ritratti fuq Facebook spjegat li ċemplet l-għassa tas-Swieqi, San Ġiljan u San Ġwann, iżda l-uffiċjal kollha f’dawn l-għases kienu okkupati u ma setgħux jiġbru dawn is-siringi mit-triq. Dan minkejja li ntlemħu għall-ewwel darba madwar sagħtejn ilu.

Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi bħalissa għaddej b’ħidma biex jippubblika tender għall-installazzjoni ta’ kameras tas-sigurtà f’diversi partijiet tal-lokalità bl-għan li jservu ta’ deterrent għall-ammont kbir ta’ każi ta’ illegalitajiet li jseħħu fl-inħawi.