Żgħażugħ ta’ 18-il sena mis-Sirja qed jinżamm arrestat wara li ċaħad akkużi li prova jidħol Malta b’passaporta ta’ raġel Ungeriż.
Dan il-każ li kien rapurtat mill-PBS, seħħ jumejn ilu meta Faran Mohammed Labawi inqabad li kien dieħel b’passaport ta’ persuna ohra. Hu nqabad minn uffiċjali tal-migrazzjoni fl-Ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Is-Sirjan tressaq il-qorti quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri. L-avukati Marion Camilleri u Amadeus Cachia dehru għall-akkużat.
Dan il-każ seħħ qabel dak li kien rappurtat lbieraħ, fejn żewġ Sirjani kienu arrestati fl-Ajruport ta’ Bergamo qabel qabdu titjira lejn Malta.
//= $special ?>