Internazzjonali Lokali

Sirjan li kien ġej Malta akkużat b’terroriżmu mal-ISIS

Wieħed miż-żewġ Sirjani arrestati b’passaporti foloż fi triqithom lejn Malta, Alali Faowaz kien akkużat formalment li hu membru ta’ grupp terroristiku internazzjonali – l-ISIS

Il-qrati Taljani akkużawħ ukoll li kien qed ifittex in-nies biex jissieħbu f’dan il-grupp terroristiku.

Faowaw kien arrestat fit-18 ta’ Novembru f’Orio al Serio f’Bergamo flimkien ma’ Sirjan ieħor. Dan wara li nqabdu b’passaporti foloż hekk kif kienu se jippruvaw jirkbu ajruplan lejn Malta.

Wara tfitxija bir-reqqa instab li kien hemm ritratt ta’ Faowaz liebes uniformi. Faowaw kien qed isostni li dan għaliex kien pulizija taħt l-ISIS imma wara investigazzjoni, instab li filfatt din kienet uniformi ta’ ġellied tal-ISIS u Faowaz kien midħla sew tal-grupp fil-belt kapitali tagħhom ta’ Raqqa fis-Sirja.

S’issa Faowaz, li għandu 30 sena, kien qed ikun akkużati biss b’pusses ta’ dokumenti foloż.

Is-Sirjan l-ieħor li kien arrestat ma’ Faowaz, Alari Azma ta’ 19-il sena, qed isostni li jobgħod l-ISIS u dawn kienu qatlu lil ħuħ imma dan mhux qed jikkonvinċi l-investigaturi Taljani.

It-tnejn issa qed jinżammu f’iżolament fil-ħabs ta’ Bergamo u issa msitennija jerġgħu jitressqu l-qorti fis-17 ta’ Diċembru.

Isis fighters on the border of Syria and Iraq