Lokali

Is-sistemi tal-IT f’Mater Dei lura għan-normal

Wara rapport pubblikat minn NETnews.com.mt, l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija u l-Informatika (MITA), qalet li rnexxiela ssewwi ħsarat estensivi fis-sistemi tal-Gvern tal-IT. Madanakollu ma spjegatx x’wassal għal dawn il-ħsarat.

Ilbieraħ, dan is-sit irapporta li s-sistema tal-IT fl-isptar Mater Dei ma kinitx qed taħdem b’detriment għax-xogħol li kellu jsir mill-ħaddiema.

Partikolarment, ma setgħux isiru X-Rays jew inkella jinħarġu riżultati mediċi tal-pazjeni sakemm is-sistema ma kinitx qed tiffunzjona.

Illum il-MITA qalet li wara analiżi estensiva tal-problemi li nqalgħu ilbieraħ, issewwew il-ħsarat kollha fis-sistemi tal-ICT tal-Gvern.

Il-qtugħ fis-servizz kien rappurtat għall-ħabta tal-4.55 ta’ waranofsinhar. It-tiswijiet bdew fid-9.30 ta’ filgħaxija u s-servizz kollu ġie lura għan-normal sas-2.25 tal-lejl li għadda.