Sport

SKANDLU GĦALL-FA INGLIŻA: Allardyce jinnegozja ftehim ta’ £400,000

Rapport investigattiv mill-ġurnal Daily Telegraph żveal filmati fejn il-manager tat-tim nazzjonali Ingliż Sam Allardyce – li ilu fil-kariga għal tliet xhur biss – jidher jinnegozja kuntratt massiċċ ta’ £400,000 biex joffri pariri lil kumpanija Ażjatika. Allardyce jinstema’ jispjega metodi kif wieħed jista’ idur mar-regoli tal-FA waqt is-suq tat-trasferimenti, u f’parti mill-intervista instema’ ukoll jinsulenta lill-predeċessur tiegħu Roy Hodgson.

L-investigazzjoni tal-ġurnalisti Ingliżi (illi iltaqgħu ma’ Allardyce taparsi kienu negozjanti) ilha għaddejja 10 xhur sħaħ u qed tiffoka fuq korruzzjoni u tixħim fil-futbol Ingliż.

Dan il-filmat qed ipoġġi pressjoni kbir fuq l-FA Ingliża, ftit tal-jiem biss qabel it-tim nazzjonali jilgħab kontra Malta. L-FA Ingliża qed tinvestiga dan il-każ serju.