Lokali

Skont Transport Malta, it-tanker tal-gass ma messu qatt ġie rreġistrat Malta

Prime Minister Joseph Muscat at the sail away of ARMADA LNG MEDITERANIA at Keppel shipyard Singapore

It-tanker tal-gass, li suppost għandu jidħol fil-Bajja ta’ Marsaxlokk x-xahar id-dieħel, qatt ma messu ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Vapuri ta’ Malta. Tikkonferma dan Transport Malta stess, f’linji gwida li kienu ppubblikati biex tassigura li vapuri li jkunu rreġistrati Malta jkunu ta’ ċertu livell u ta’ eta’ żgħira, taħt il-25 sena.

It-tanker “Armada LNG Mediterrana” inbena fl-1985 taħt l-isema ta’ “Wakaba Maru” u kien ġie rreġistrat fil-Bahamas. Dan ifisser li l-vapur inbena 31 sena ilu u għalhekk qabeż mhux bi ftit il-25 sena, li hu l-massimu ta’ żmien biex vapur ikun jista’ jiġi rreġistrat Malta skont ir-regolamenti ta’ Transport Malta stess.

Fir-regolamenti tagħha, Transport Malta tgħid li vapur ta’ din l-eta jkun irreġistrat biss f’każijiet eċċezzjonali. Għalhekk dan il-fatt il-ġdid qed ikompli jqajjem aktar mistoqsijiet b’rabta mal-operat tat-tanker, hekk kif għadu misteru wkoll għaliex it-tanker għadu sorġut f’Singapore.