Sport Waterpolo

Sliema jirritornaw għar-rebħ

 

Sliema Betsson……………..11

Sirens Ritter Sport……….10

(4-3), (4-1), (2-3), (1-3)

Wara t-telfa kontra Neptunes, Sliema Betsson irritornaw għar-rebħ meta meritatament għelbu lil Sirens Ritter Sport 11-10. Partita li fiha Sliema kellhom il-kmand tal-partita wara li kisbu l-gowl tal-vantaġġ eżatt qabel tmiem l-ewwel sessjoni, iżda Sirens qatt ma kkonċedew it-telfa fejn dejjem wieġbu għall-gowls Slimiżi u tliet gowls fl-aħħar sessjoni ħallew ir-rebħa indeċiża.

Għal Sliema rritorna minn sospensjoni ta’ logħba l-kowċ Dejan Milakovic flimkien ma’ Alex Attard. B’din ir-rebħa, Sliema żammew it-tamiet tal-kampjonat ħajja u se jibdew it-tieni fażi bi 18-il punt. Minn naħa l-oħra Sirens se jibdew it-tieni fażi bi 11-il punt.

L-ewwel parti tal-partita kienet botta u risposta bejn iż-żewġ timijiet b’Sirens iwieġbu tliet darbiet għal gowls Slimiżi, iżda gowl ftit fortunat ta’ John Brownrigg eżatt qabel tmiem is-sessjoni ta gowl vantaġġ lil Sliema.

Fit-tieni sessjoni, Sliema komplew jibnu fuq il-vantaġġ hekk kif gowls minn Cuk kien diġà fuq żewġ fawls, Bugelli u Meli fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls, vantaġġ tajjeb li bih Sliema setgħu jamministraw il-partita.

Sliema pruvaw ikabbru d-distakk għal ħafna drabi, iżda Sirens baqgħu jippruvaw jibqgħu fil-partita tant li rnexxilhom inaqqsu d-distakk għal gowl. Cuk għamel l-iskor 11-7 fil-bidu tal-aħħar sessjoni, iżda Sirens reġgħu wettqu reazzjoni b’doppjetta ta’ Caruana u gowl Mizzi jnaqqsu d-distakk u jħallu lill-partita inċerta sal-aħħar sekondi. Iżda Sliema żammew sat-tmiem biex kisbu rebħa importanti li tħallihom jittamaw

Sliema: R. Coleiro, J. Gabarretta, E. Aquilina (1), C. Cluett, M. Meli (1), J. Soler (1), M. Fenech, T. Sullivan, J. Brownrigg (1), K. Dowling, M. Cuk (5), N. Bugelli (2), Z. Sciberras

Sirens: N. Grixti, Z. Mizzi (1), S. Mora (3), G. Pace (1), M. Grech (1), I. Riolo, M. Balucci, D. Cutajar, J. Napier, J. Sciberras (1), L. Caruana (3), N. Farrugia, M. Muscat

Referees: Anna Goncharenko, Giuseppe Ibba