Lokali

Sodisfazzjon mill-Kamra tal-Avukati

Il-Kamra tal-Avukati fi stqarrija laqgħet b’sodisfazzjon l-Abbozz ta’ Liġi li ressqet l-Oppożizzjoni għal bidla fil-ħatra tal-ġudikatura.

L-Abbozz kien preżentat mill-Kap tal-PN Simon Busuttil lill-President tal-Kamra, George Hyzler.

Il-Kamra tal-Avukati hija sodisfatta li l-PN ikorpora fil-proposti tiegħu, anke l-proposti li semmiet aktar kmieni din il-ġimgħa l-istess Kamra. “Jidher li hemm qbil fil-prinċipju fuq il-miri ewlenin li għandhom jintlaħqu b’din il-bidla”, issostni l-istqarrija.

Il-Kamra tittama illi jirrenja s-sens komun, u dawn il-proposti pożittivi ma jiġu imtappna bil-partiġjaniżmu politiku.