Lokali

Somalu jsofri minn ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan

Somalu ta’ 19-il sena ntlaqat b’arma li taqta’ u bil-ponta hekk kif kien involut f’argument ma’ persuna oħra li s’issa l-identita’ tagħha għadha mhix magħrufa.

Jirriżulta li l-każ seħħ il-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-21:45pm fi Triq Dragunara f’San Ġiljan.

Is-Somalu hu residenti Marsascala.

Mill-ewwel fuq il-post waslu l-Pulizija kif wkoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Il-ġuvni ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi għalkemm mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għaddejja bl-investigazzjoni.