Lokali

SOS Malta għall-Italja biex tgħin lil min intlaqat mit-terremot

L-għaqda volontarja SOS Malta fis-sigħat li ġejjin se tħalli Malta lejn l-Italja biex tkun ta’ appoġġ għal dawk milquta mit-terremot li kmieni dalgħodu laqat liċ-ċentru tal-Italja.

Fi stqarrija, SOS Malta ħabbret li se tkun qed tasal l-Italja minn Sqallija grazzi għal katamaran li se jwassal lill-voluntiera sa Pozzallo. L-għaqda rringrazzjat lil Virtu Ferries għall-appoġġ f’din il-missjoni ta’ emerġenza.

SOS Malta qalet li sa minn kmieni dalgħodu għamlet kuntatt mal-Ambaxxatriċi għal Malta Vanessa Frazier u mal-Uffiċċju Malti għall-Affarijiet Barranin.

Din se tkun l-ewwel missjoni ta’ SOS Malta minn mindu l-għaqda nediet il-USARK9 Unit fl-2015.