Lokali

Sparat mill-inqas tir waqt hold up minn mini market fil-Qawra

Ritratt: Mill-arkivji

Persuna jew persuni mhux magħrufa wettqu hold up minn mini market li jinsab eżatt quddiem il-Knisja tal-Qawra, fi Triq it-Turisti, fejn saħansitra kien sparat mill-inqas tir lejn is-saqaf.

Fuq il-post waslu l-Pulizija li ċċirkondaw l-inħawi iżda l-ħallelin laħqu ħarbu.

Persuni fuq il-post spjegaw li malli nstema’ t-tir numru ta’ persuni, inkluż żgħażagħ li kienu fl-inħawi, dehru jaħarbu jiġru fost il-biża.

Fortunatament madankollu jidher li ma weġġa’ ħadd, inkluż salesgirl ta’ 33 sena mill-Ungerija li kien hemm fil-ħanut.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, inkluż billi l-Pulizija akkwista filmati tas-sigurta’ tal-ħanut. Madankollu l-ħallelin kellhom wiċċhom mgħammad.