Internazzjonali

Splużjoni f’Budapest

epa05555300 Police forensic experts examine the scene of an explosion in Budapest, Hungary, 25 September 2016. An explosion of yet unknown origin occured at a shop during the night. The police so far has withheld any information related to the explosion which injured two patrolling policemen. EPA/PETER LAKATOS HUNGARY OUT

Żewġ uffiċjali tal-pulizija ndarbu wara splużjoni tard is-Sibt filgħaxija fil-kapitali Ungeriża Budapest.
S’issa m’hemm ebda ħjiel dwar min kien wara l-isplużjoni. L-isplużjoni seħħet f’waħda mit-toroq l-aktar jintużaw f’Budapest fl-inħawi ta’ Pjazza Oktogon. L-isplużjoni kienet deskritta bħala waħda piutost qawwija li twadbet hekk kif qorbu żewġ Pulizija fuq ronda. Sorsi qrib l-investigazzjoni mhuma qed jeksludi ebda possibbilta. Intqal li kollox jindika li fil-mira kienu membri tal-Pulizija.