Internazzjonali

Splużjoni qattiela fil-qalba ta’ Tunis; 12 mejta

Rapporti li deħlin mit-Tuneżija qalu li mietu talanqas 12 il-persuna fi splużjoni ta’ bomba li dehret diretta kontra xarabank bil-gwardjani Presidenzjali, fil-belt kapitali ta’ Tunis.

L-isplużjoni seħħet fi Vjal Mohamed V fil-qalba tal-kapitali fil-ħin tar-rush hour meta x-xarabank tal-gwardjani kien quddiem l-eks kwartieri ġenerali tal-Partit tal-eks President Tuneżin Zine El Abidine Ben Ali.

Mhux ċar jekk il-bomba inkwistjoni tqegħditx fiz-zona inkella kenitx sparata lejn ix-xarabank. Dan wara li l-awtoritajiet f’Tunis kienu żiedu l-livelli tas-sigurtà fil-kapitali ftit tal-jiem ilu.

It-Tuneżija, fil-passat, spiċċat mira tat-terroristi tal-ISIS, fejn, fis-sajf, spikka attakk minn militanti tal-grupp kontra t-turisti fir-resort ta’ Sousse, fejn irnexxielu joqtol 39 – fil-maġġoranza tagħhom barranin.