Mużika

Filmat: Stadio jirbħu l-Festival ta’ Sanremo

Il-grupp Stadio li ġie ffurmat lura fis-snin sebgħin rebaħ is-66 edizjoni tal-Festival ta’ Sanremo.
Huma rebħu dan il-festival bil-kanzunetta li ġġib l-isem Un giorno mi dirai.

Il-membri ta’ Stadio wara dan is-suċċess, rebħu d-dritt li jirrappreżentaw lill-Italja fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena. Madanakollu ftit mumenti wara r-rebħa l-grupp iddeċieda li jirrifjuta li jirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest.

Din l-aħbar b’hekk ħalliet bosta diskussjoni miftuħa dwar lil min l-Italja se tibgħat għall-Eurovision Song Contest fl-Iżvezja.

Fit-tieni post tal-festival spiċċat il-kantanta ta’ fama anke l-bod mill-Italja, Francesca Michielin bil-kanzunetta Nessun grado di separazione.

Id-duo Caccamo u Lurato bil-kanzunetta Via da Qui ħadu t-tielet post.