Internazzjonali

Stat ta’ emerġenza f’Fort McMurray fil-Kanada

L-awtoritajiet fil-provinċja ta’ Alberta ddikjaraw stat ta’ emerġenza wara li nirien kbar li qed javvanzaw tul iz-zona wasslu għall-evakwazzjoni ta’ 88,000 resident ta’ Fort McMurray. Is-sitwazzjoni hi tant li n-nirien, li ilhom għaddejjin mill-Ħadd, kapaċi jeqirdu parti kbira minn din il-belt.
S’issa n-nirien qerdu mal-1,600 bini, fosthom skola ġdida, u l-evakwazzjoni hi l-akbar li qatt saret f’Alberta. Fl-istess ħin, il-kumpaniji taż-żejt li qed jaħdmu f’din iz-zona kienu sfurzati jnaqqsu l-produzzjoni, b’uħud għalqu l-pipelines biex jgħinu l-evakwazzjoni ta’ ħaddiema meqjusa bħala mhumiex essenzjali.
It-temperaturi għoljin u l-irwiefen, flimkien ma’ kundizzjonijiet ta’ nixfa, ipproduċew sitwazzjoni fejn Alberta u l-provinċja ta’ Saskatchewan huma suxxettibbli ħafna għal inċidenzi ta’ nirien.
Sadanittant, il-Prim Ministru tal-Kanada, Justin Trudeau, qal li, jekk hemm bżonn, hu lest li jibgħat ajruplani militari biex jgħinu lill-iskwadri għall-emerġenzi huma u jikkumbattu l-fjammi.