Edukazzjoni Lokali

Studenti jilmentaw li għadhom ma ħarġux id-dettalji meħtieġa għar-‘resits’

Huma bosta studenti li għamlu kuntatt ma’ dan is-sit fejn ilmentaw magħna li d-dettalji meħtieġa mill-MATSEC għar-resits tal-eżamjiet tal-O-Levels u tal-I u A-Levels għadhom ma ġewx ippublikati.

Studenti qalulna li jafu li għandhom l-orali fil-jiem li ġejjin, minħabba li l-orali ssoltu jsiru f’dan iż-żmien, iżda għadhom ma jafux il-ħinijiet u l-post ta’ fejn għandhom l-orali.

Hu mifhum, minn ħafna li għamlu kuntatt mal-MATSEC li d-dettalji meħtieġa se jiġu ppublikati kollha għada, madanakollu huma ħafna li qed jinsistu li qed issir qisu drawwa regolari li r-riżultati u d-dettalji tal-eżamijiet jkunu ppublikati tard b’konswgwenza li dan jikkaġuna pressjoni żejda fuq l-istudenti.